Pratiche sleali 2005/0029 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 2 Artikolu 1 L-Għan
- 3 Artikolu 2 Id-Definizzjonijiet
- 1 Artikolu 5 Il-Projbizzjoni ta’ Prattiċi Kummerċjali Żleali
- 1 Artikolu 6 L-Azzjonijiet Qarrieqa
- 1 Artikolu 8 Il-Prattiċi Kummerċjali Aggressivi
- 2 Artikolu 9 L-Użu ta’ Fastidju, Kostrizzjoni u Influwenza Mhux Xierqa
- 1 Artikolu 11 L-Infurzar
- 2 Artikolu 16 Emendi lid-Direttiva 98/27/KE u lir-Regolament (KE) Nru 2006/2004
- 2 Artikolu 18 Reviżjoni
- ta’ 151
- kummerċjali 41
- fejn 40
- dwar 35
- il-kummerċjant 35
- //ke 28
- sabiex 27
- tal-kunsill 25
- minn 23
- ewropew 22
- huwa 22
- tal-parlament 20
- Ġu 19
- tad-direttiva 19
- għal 17
- tal-konsumatur 17
- jekk 17
- kwalunkwe 17
- żleali 16
- għandu 16
- għandhom 15
- prodott 15
- mhux 15
- prattiċi 15
- tfisser 14
- b’mod 14
- tiegħu 13
- ieħor 12
- mingħajr 12
- l-artikolu 12
- id-direttiva 12
- tat- 11
- tagħha 11
- jagħmel 11
- jieħu 11
- artikolu 11
- meta 10
- fir-rigward 10
- legali 10
- membri 10
- jiġu 10
- tal-prodott 10
- deċiżjoni 9
- tagħhom 9
- isostni 9
- amministrattivi 9
- membru 9
- prodotti 9
- tal- 8
- l-użu 8
Artikolu 1
L-Għan
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.
“Artikolu 1
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u l-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.”
2) | L-Artikolu 2
|
3) | L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: Artikolu 1 L-Għan L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Artikolu 2 Id-Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
Artikolu 5 Il-Projbizzjoni ta’ Prattiċi Kummerċjali Żleali 1. Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti. 2. Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:
3. Prattiċi kummerċjali li x’aktarx joħolqu distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika biss ta’ grupp identifikabbli b’mod ċar ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirriferi minħabba l-mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta’ membru medju ta’ dak il-grupp. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar ta’ stqarrijiet eżaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jittieħdu litteralment. 4. B’mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li
5. Fl-Anness I hemm lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta’ revizjoni tad-Direttiva. Sezzjoni 1 Prattiċi kummerċjali qarrieqa Artikolu 6 L-Azzjonijiet Qarrieqa 1. Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew x’aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:
2. Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:
Artikolu 8 Il-Prattiċi Kummerċjali Aggressivi Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta’ fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew ta’ influwenza mhux xierqa, tfixkel b’mod sinifikanti jew x’aktarx tfixkel konsiderevolment il-libertà ta’ l-għażla jew l-imġieba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b’hekk tikkawża jew x’aktarx tikkawża li huwa jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra. Artikolu 9 L-Użu ta’ Fastidju, Kostrizzjoni u Influwenza Mhux Xierqa Fid-determinazzjoni jekk prattika kummerċjali tużax il-fastidju, il-kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew l-influwenza mhux xierqa, għandu jittieħed kont ta’ dawn li ġejjin:
KAPITOLU 3 KODIĊIJIET TA’ KONDOTTA Artikolu 11 L-Infurzar 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi li jikkumbattu l-prattiċi kummerċjali żleali sabiex tiġi nfurzata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fl-interess tal-konsumaturi. Dawn il-mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu l-prattiċi kummerċjali żleali, inklużi l-kompetituri, jistgħu:
Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema minn dawn il-mezzi għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministattivi jistgħux jesiġu li jkun preċedentement sar rikors għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 10. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli indipendentement jekk il-konsumaturi milquta jinsabux fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn jinsab il-kummerċjant jew fi Stat Membru ieħor. Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:
2. Taħt id-dispożizzjonijiet legali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li, fil-każijiet fejn jikkunsidraw li tali miżuri huma meħtieġa wara li jittieħed kont ta’ l-interessi kollha involuti u b’mod partikolari ta’ l-interess pubbliku:
anki mingħajr prova ta’ telf jew ħsara attwali jew ta’ intenzjoni jew negligenza min-naħa tal-kummerċjant. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu sabiex il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu meħuda taħt proċedura aċċelerata:
iżda għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema miż-żewġ possibbiltajiet jagħżel. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati u lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li, bil-ħsieb li jeliminaw l-effetti kontinwi ta’ prattiċi kummerċjali żleali li t-terminazzjoni tagħhom ġiet ordnata permezz ta’ deċiżjoni definittiva:
3. L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
Meta s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, għandhom dejjem jiġu mogħtija r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. Barra minn hekk, f’dan il-każ, għandhom jiġu previsti proċeduri li permezz tagħhom l-eżerċizzju skorrett jew inġustifikat mill-awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas skorrett jew inġustifikat ta’ l-eżerċizzju ta’ l-imsemmija setgħat jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja. Artikolu 16 Emendi lid-Direttiva 98/27/KE u lir-Regolament (KE) Nru 2006/2004
Artikolu 18 Reviżjoni 1. Sa mhux aktar tard minn 12 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport sħiħ dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari ta’ l-Artikoli 3(9) u 4 u l-Anness I, dwar il-possibbiltà ta’ iżjed armonizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-liġi Komunitarja konnessa mal-ħarsien tal-konsumatur, u, waqt li jittieħed kont ta’ l-Artikolu 3(5), dwar kwalunkwe miżuri li jkunu meħtieġa fil-livell Komunitarju sabiex jiżguraw li l-livelli adegwati ta’ ħarsien tal-konsumatur jiġu miżmuma. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposta sabiex tiġi riveduta din id-Direttiva jew partijiet rilevanti oħra tal-liġi Komunitarja. 2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex jaġixxu, skond it-Trattat, fi żmien sentejn mill-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ kwalunkwe proposta magħmula skond il-paragrafu 1. Artikolu 21 L-indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Mejju 2005. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. P. BORRELL FONTELLES Għall-Kunsill Il-President N. SCHMIT (1) ĠU C 108, tat-30.4.2004, p. 81. (2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2004 (ĠU C 104 E, tat-30.4.2004, p. 260), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2004 (ĠU C 38 E, tal-15.2.2005, p. 1), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Frar 2005 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2005. (3) ĠU L 250, tad-19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tat-23.10.1997, p. 18). (4) ĠU L 144, ta’ l-4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/65/KE (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16). (5) ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 51. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/65/KE. (6) ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16. (7) ĠU L 201, tal-31.7.2002, p. 37. (8) ĠU L 171, tas-7.7.1999, p. 12. (9) ĠU L 364, tad-9.12.2004, p. 1. ANNESS 1 PRATTIĊI KUMMERĊJALI LI F’KULL ĊIRKOSTANZA HUMA KKUNSIDRATI ŻLEALI Prattiċi kummerċjali qarrieqa
Prattiċi kummerċjali aggressivi
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 23). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60). (2) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET TAL-LIĠI KOMUNITARJA LI JISTABBILIXXU REGOLI GĦAR-REKLAMAR U GĦALL-KOMUNIKAZZJONIJIET KUMMERĊJALI L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 97/7/KE. L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż (1). L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare (2). L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (3) L-Artikoli 86 sa 100 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (4). L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (5). L-Artikolu 1(d) tad-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (6). L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2002/65/KE L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (IIKTT) bl-iskop li jiġu rregolati kumpaniji ta’ amministrazzjoni u prospektusis simplifikati (7). L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni ta’ l-assigurazzjoni (8). L-Artikolu 36 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (9). L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq ta’ l-istrumenti finanzjarji (10). L-Artikolu 31 u 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (11) (it-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja). L-Artikoli 5, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat għall-offerta lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ ta’ titoli (12) (1) ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 59. (2) ĠU L 280, tad-29.10.1994, p. 83. (3) ĠU L 80, tat-18.3.1998, p. 27. (4) ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 67. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L 136, tat-30.4.2004, p. 34). (5) ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1. (6) ĠU L 101, ta’ l-1.4.1998, p. 17. (7) ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 20. (8) ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3. (9) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p.35). (10) ĠU L 145, tat-30.4.2004, p. 1. (11) ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/87/KE (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1). whereas |